Fortunatament ma weġġax gravi raġel ta’ 23 sena li kien involut f’inċident bil-vettura tiegħu, meta għal xi raġuni waqa’ bil-karozza f’wied qrib il-limiti ta’ Santa Luċija f’Għawdex.
Ir-raġel hu minn Għawdex. Minn informazzjoni li għandu dan is-sit, ir-raġel tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq.
L-inċident seħħ f’Jum il-Milied għall-ħabta tas-seba’ ta’ filgħodu. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ġie ċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ħfief.
//= $special ?>