Internazzjonali Knisja

Messaġġ ta’ solidarjeta’ għall-persegwitati fl-Urbi et Orbi

Fil-messaġġ tal-Milied, magħruf bħala Urbi et Orbi, mill-Papa Franġisku, hu fakkar li l-Milied kien simbolu tat-tama u hekk għandu jkun għall-Insara, imma anki nies ta’ reliġjonijiet oħra partikolarment fil-Lvant Nofsani, li huma persegwitati minħabba t-twemmin tagħhom.

Hu fakkar ukoll fit-tbatija tat-tfal madwar id-dinja kemm minħabba gwerrer kif ukoll minħabba raġunijiet oħra u li l-Milied għandu jkun ta’ tama għalihom ukoll.

Fil-messaġġ tiegħu hu tkellem ukoll dwar il-gwerrer madwar id-dinja mil-Libja għall-Ukrajna u ċanfar l-indifferenza dejjem tikber tal-bniedem.