Lokali

Ma kienux rappurtati inċidenti fil-lejl tal-Milied

Il-lejl tal-Milied, fortunatament, jidher li ma kienx wieħed daqstant impenjattiv għall-Pulizija u l-Protezzjoni Ċivili f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ inċidenti. Dan hekk kif ma ġewx rappurtati inċidenti li seħħu matul il-lejl tal-Milied.

Dan ġie kkonfermat minn kelliema għall-Pulizija li kkonfermat li ma ġewx rappurtati inċidenti fil-lejl tal-Milied.

Kien rappurtat inċident wieħed biss li seħħ f’Lejliet il-Milied għall-ħabta tas-6pm meta ċilindru tal-gass sploda f’appartament fil-Qawra u wassal għal nirien kbar. Fortunatament ħadd ma kien fl-appartament u ħadd ma weġġa fl-inċident.

Il-messaġġ tal-awtoritajiet tas-saħħa f’dan iż-żmien ta’ festi jibqa’ l-istess, dak li l-pubbliku joqgħod attent meta jiddeverti ħalli ma jkunx ta’ periklu għalih innifsu u għal ħaddiehor, partikolarment hekk kif issa qed joqrob l-ewwel tas-sena.