Arkejologi li skoprew sit antik li jista’ jkun kruċjali sabiex ikunużvelati l-misteri dwar Stonehenge, qed isejħu lill-gvern biex jaħsbuha mill-ġdid dwar pjani biex issir mina taħt il-monument li ilu mwaqqaf 5,000 sena.
Il-pjani tħabbru matul ix-xahar li għadda għal mina, twila xi 1.8 mili, u li se tiġi tiswa biljun Lira Sterlina, taħt is-Sit ta’ Wirt Dinji f’Wiltshire. Dan sabiex jittaffa t-traffiku fl-aktar toroq li jaraw konġestjoni fir-Renju Unit.
Kemm in-National Trust u l-English Heritage laqgħu l-aħbar li se tkun qed tagħti aċċess pubbliku aħjar lix-xenarju preistoriku wiesa’, filwaqt li se jkun ta’ vantaġġ għall-annimali li jgħixu fil-qrib.
Gruppi tat-trasport ukoll qed jittamaw li din il-mina se tkun qed ittaffi l-problemi fit-toroq, partikularment fuq l-A303 – waħda mir-rotot prinċipali fil-Lbiċ tal-pajjiż.
Iżda l-arkejologi qed jisħqu li jekk il-mina ssir, iċ-ċans li wieħed ikun jaf dwar l-aktar żmien bikri fl-istorja tar-Renju Unit, jista’ jisfuma fix-xejn.
//= $special ?>