Lokali

Boxing Day: minn fejn oriġinat din il-festa?

F’diversi pajjiżi madwar id-dinja, l-għada tal-Milied huwa magħruf bħala ‘Boxing Day’.

Fl-Ewropa, din it-tradizzjoni tmur lura għall-era medjavali, iżda l-oriġini eżatta m’hijiex magħrufa.

F’bosta pajjiżi, ‘Boxing Day’ ilha tiġi mfakkra bħala festa pubblika għal diversi snin, li matulha ħafna jiftakru f’dawk fil-bżonn u jagħtu flus lill-karita’.

Fir-Renju Unit, fis-seklu 19, kull sena fis-26 ta’ Diċembru, daħlet id-drawwa li l-imgħallem jagħti rigal lill-impjegati tiegħu bħala ringrazzjament tas-servizz li huma jkunu taw matul is-sena.

Apparti minn hekk, f’Boxing Day’, il-Knisja Kattolika tfakkar il-festa tal-ewwel martri ‘San Stiefnu’ li maż-żmien kien wassal għall-espressjoni bil-Malti “Mill-Milied sa’ San Stiefnu” – għal meta tirreferi għal xi ħaġa li mhux se ddum wisq.

Illum, il-ġurnata f’ħafna mill-pajjiżi madwar id-dinja fosthom anke f’Malta, f’Boxing Day ħafna ħwienet jibdew is-sales annwali ta’ Jannar.