Internazzjonali

Dokumentarju jiżvela li Michael Rockefeller kien ittiekel mill-kannibali

Film dokumentarju jikkonferma li Michael Rockefeller, l-iżgħar iben tal-eks Viċi President Amerikan Nelson Rockefeller, kien ittiekel mill-kannibali fin-New Guinea fl-1961, mistenni joħroġ minn Netflix fil-bidu tas-sena d-dieħla.

The Search for Michael Rockefeller, se joħroġ fuq is-servizz tal-istreaming fl-1 ta’ Frar u jikkonferma li wieħed mill-aktar misteri mhux solvuti tas-seklu 20 intemm, bl-eredi ta’ 23 sena spiċċa biex ittiekel mill-kannibali.

Rockefeller, li bużnannuh kien il-ko-fundatur ta’ Standard Oil u waqqaf waħda mill-aktar dinastiji sinjuri fl-Istati Uniti, ivjaġġa lejn New Guinea biex jiġbed ritratti tal-poplu Asmat u jiġbor l-arti tagħhom.

Il-film hu bażat fuq filmati oriġinali u materjali li nkisbu metaw l-awtur Milt Machlin mar fuq spedizzjoni biex isib lil Rockefeller fl-1969.

Machlin, l-editur tar-rivista Argosy li ħoloq il-frażijiet ‘Bermuda Triangle’ u ‘The Abominable Snowman’, kien ispirat minn rapport ta’ xhud li Rockefeller kien għadu ħaj iżda li kien qed jinżamm kontra l-volonta’ tiegħu.

L-Asmats, tribu’ vjolenti fi New Guinea, ittortura, qata’ ir-ras u kiel lil Rockefeller fi qtil ritwali.