Lokali

Fil-Kabinett titressaq policy dwar il-parkeġġ

Fil-kabinett mistennija titressaq il-policy dwar il-parkeġġ bl-iskop li wara tinfetaħ għall-konsultazzjoni pubblika. L-għan ta’ din il-policy hija li tindirizza n-nuqqas ta’ dixxiplina li teżisti f’dak li għandu x’jaqsam il-parkeġġ.

Il-Ministru tat-Trasport u l-infrastruttura Joe Mizzi ħabbar dan waqt Konferenza tal-Aħbarijiet li saret il-Ġimgħa filgħodu fir-Rabat waqt li tħabbar li seba’ ristoranti ngħaqdu flimkien biex joffru servizz ta’ park and ride lill-klijenti tagħhom.

Il-ħwienet, Cosmana Navarra, Bottegin Palazzo Xara, Palazzo Castelletti, Da Luigi, Toffee & CO, Peristyle u Grotto Tavern se jkunu qed joffru servizz ta’ park and ride mhux biss fil-Milied iżda matul is-sena kollha.

Is-servizz se jibda jingħata kull nhar ta’ Ġimgħa u s-Sibt filgħaxija, bejn it-tmienja ta’ filgħaxija, u nofsillejl, bil-vettur li jkunu jistgħu jipparkjaw fi Triq it-Tiġrija, biswit it-Telgħa tas-Saqqajja, fejn ikun hemm vann privat li jtella’ lill-pubbliku fir-ristoranti rispettivi u lura lejn il-vettura tagħhom b’mod frekwenti.

Dwar din l-inizjattiva, Joe Mizzi ħeġġeg biex aktar ristoranti joħolqu inizjattivi simili.