Lokali

Filmat: Jiġbdu trakk għall-Istrina

Sfida diffiċli ħafna, sfida b’risq l-istrina mill-Forzi Armati ta’ Malta.

L-għada tal-Milied, 120 rekluta tal-Forzi Armati ta’ Malta ingħaqdu u flimkien ħolqu inizjattiva ġdida biex permezz tagħha jgħinu lill-Istrina. Ġibdu trakk militaru li jiżen aktar minn 4,500 tunellata minn Ħ’Attard sal-Belt – aktar minn 8 kilometri.

Ir-rekluti, iltaqgħu il-Palazz ta’ San Anton, u ntlaqgħu mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.

Ir-rekluti bdew l-isfida tagħhom mill-palazz ta’ San Anton u waslithom sal-Belt.

Minn San Anton, ġibdu lejn il-Wied ta’ Birkirkara, u hemmhekk sabu tela’ diffiċli, fejn ir-rekluti kellhom jitħabtu mhux ftit biex jiġbdu t-trakk. Wara l-battikata tal-Wied ta’ Birkirara, l-isfida waslithom sal-Ħamrun. Ir-rekluti jaslu l-Belt Valletta u jtemmu hemmhekk b’suċċess din l-isfida.

(Ara l-filmat t’hawn fuq)