Lokali

Filmat: Tagħti s-60 borża demm – issalva 180 persuna

Kull borża demm tgħin tliet persuni.

Jekk matul ħajtek tagħti 60 borża demm tkun għent 180 persuna.

Gracie Zahra rnexxielha tagħmel propju dan. Matul ħajjitha għenet 180 persuna … salvat 180 persuna li mingħajr id-donazzjonijiet tal-Milied kienu jsofru kumplikazzjonijiet f’saħħithom jew saħansitra agħar.

Għal Gracie minn Ħaż-Żabbar, l-Istrina 2014 se tibqa’ ġurnata memorabbli hekk kif tat is-sittin donazzjoni ta’ borża tad-demm f’ħajjitha.

Iltqajna magħha waqt li kienet qed taħgti d-demm u spjegatilna xi tħoss meta tkun qed tagħti d-demm.

Tgħaddi wkoll il-messaġġ tagħha lil dawk li forsi jibżgħu jagħmlu l-ewwel pass u jagħtu d-demm.

U fid-dawl ta’ din l-okkażjoni, tkellimna ma’ waħda mill-ħaddiema taċ-Ċentru, Caroline Farrugia.

Imma Gracie ma waqfitx hawn u bl-għajnuna tal-isponsors saħansitra ħolqot ukoll bookmarks li qassmet lil dawk li kienu fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm.