Università fil-belt ta’ Xian, fil-provinċja ta’ Shaanxi, ipprojbiet il-festa tal-Milied u sejħitilha ‘esaġerazzjoni u avveniment nieqes mis-sustanza li jiċċelebraw il-barranin u li ma jixraqx lit-tradizzjonijiet taċ-Ċiniżi’.
Fil-fatt, l-awtoritajiet tal-università ġiegħlu lill-istudenti universitarji jaraw il-films ibbażati fuq il-propaganda, waqt li, madwar il-kampus, ittellgħu l-bnadar bil-messaġġi kontra l-espansjoni tal-kultura tal-Punent.
Fil-fatt, student li jattendi din l-università qal li hu u sħabu kienu se jġarrbu l-konsegwenzi li kieku ma attendewx ‘bilfors’ għall-wiri tal-films propagandistiċi li damu tliet sigħat. Hu mifhum li numru ta’ għalliema baqgħu għassa fil-ħin kollu li matulu ntwerew dawn il-films biex jaċċertaw li l-ebda student ma jazzarda jitlaq.
Aktar f’IN-NAZZJON ta’ għada s-Sibt
//= $special ?>

