Lokali

Ice-Bucket Challenge f’Diċembru b’risq l-Istrina

Bosta membri fi ħdan is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba illum wara nofsinhar ingħaqdu flimkien quddiem is-sede tal-Palazz Santa Marija sabiex flimkien jieħdu sehem f’ice-bucket challenge, inizjattiva sabiex jiġbru fondi għall-Istrina 2014.

Carlo Sciberras, Segretarju tal-istess Soċjetà, spjega kif is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorp V laqgħet l-istedina tal-President ta’ Malta sabiex il-membri tagħha jagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom għall-edizzjoni tal-Istrina 2014. Stqarr li l-klabb tal-adoloxxenti fi ħdan l-Għaqda diġa organizza żewġ attivitajiet għal ġbir ta’ fondi, u li issa jmiss lill-membri li se jkunu qed ikomplu jżidu ma’ dan l-ammont permezz tal-ice-bucket challenge, li inċidentalment seħħ fix-xita.

Is-somma miġbura laħqet l-€1,100.

Filmati minn Chris Schembri Baldacchino