Internazzjonali

Il-LIBJA: Jispiċċaw b’rashom maqtugħa

Inqatlu mat-22 suldat Libjani f’attentat tal-milizzji Iżlamiċi li fallew milli jaħtfu l-kontroll tal-portijiet taż-żejt fil-Libja.
Filwaqt li l-attentat ma rnexxiex, uffiċjali Libjani qalu li l-milizzji Iżlamiċi ‘għamlu l-kisbiet’ fl-inħawi ta’ Benghazi, fejn inqatlu mal-għoxrin persuna, b’sitta jispiċċaw b’rashom maqtugħa. L-aggressuri anki spiċċaw jagħtu n-nar lil madwar 50 residenza.
L-attakk fejn inqatlu s-suldati seħħ nhar il-Ħamis, bil-milizzji jużaw is-speedboats fl-azzjoni biex jisfruttaw l-element tas-sorpriża. Ingħad li l-milizzji — membri tal-grupp ‘Fajr Libja’ (Żerniq tal-Libja) – ikkonċentraw fuq il-port ta’ Al-Sidra waqt li sparaw il-missili mill-ispeedboats, bir-riżultat li ħa n-nar wieħed mit-tankijiet taż-żejt.

Aktar f’IN-NAZZJON ta’ għada