Futbol Sport

Mistenni jasal f’Malta Arturo Di Napoli biex jiffirma ma’ Vittoriosa Stars

Mistenni jasal f’pajjiżna Arturo Di Napoli, magħruf aħjar bħala Re Artu’, u li mistenni jinħatar bħala l-kowċ ġdid ta’ Vittoriosa Stars.

Di Napoli llum għandu 40 sena, u matul il-karriera twila tiegħu bħala attakkant, bejn l-1993 u l-2012 hu lagħab għal diversi klabbs, ewlenija fosthom Napoli, Inter u Palermo.

Wara li rtira, hu mexxa lil Rieti, Riccione u Savona bħala kowċ.

Re Artu’ kien diġa’ qrib li jissieħeb ma’ Vittoriosa Stars fis-Sajf li għadda, madankollu l-firma baqgħet qatt ma waslet.

Fl-aħħar jiem din il-kariga’ kienet se timtela’ minn Fausto Silipo, tant li saħansitra siti Taljani ħabbru li dan kien diġa’ ffirma. Madankollu fl-aħħar jiem inqalgħu xi problemi familjari għal Silipo.

Din l-aħbar kienet żvelata fuq Replay (Net Television).