Lokali

FILMAT: L-Istrina hi l-Jum Nazzjonali tas-Solidarjeta’ – il-President

L-Istrina hi l-Jum Nazzjonali tas-Solidarjeta’. Qalet dan il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca f’messaġġ li tat f’vidjo li ttella’ fuq Facebook.

Il-President qalet li l-Istrina hi l-ġurnata fejn naħsbu f’ħaddieħor.

Hi rringrazzjat lill-mijiet ta’ voluntiera li jagħtu sigħat mill-ħin tagħhom biex jimpenjaw ruħhom għal din il-festa, filwaqt li rringrazzjathom tal-impenn u s-sagrifiċċji li jagħmlu.

Il-President ħeġġet lill-pubbliku biex isegwi l-ispettaklu kbir li se jittella’ waqt l-Istrina filwaqt li tat ħajr lill-artisti Maltin li wkoll se jkunu qed jagħtu s-sehem tagħhom.

Irringrazzjat ukoll lill-kumpanija GO li tipprovdi s-sistemi kollha waqt l-Istrina mingħajr ħlas.

Filmat: GO