l-Unjoni Ewropea allokat maż-żewġ miljun ewro f’għajnuna ta’ emerġenza intiża biex ittaffi l-kriżi umana tal-Libja, fejn madwar 400,000 Libjani huma kostretti li jgħixu f”art ta’ ħadd’.
Il-mijiet tal-eluf tal-Libjani ilhom jgħixu bħal refuġjati minn Mejju, bi Christos Stylianides, il-Kummissarju tal-UE għall-Għajnuna Umanitarja, bir-responsabbilta għall-krizi ta’ dan it-tip, itenni li din l-għajnuna ta’ emerġenza tista’ tagħmel id-differenza bejn ħajja u mewt għall-aktar familji vulnerabbli li nqabdu fil-konflitt tal-Libja.
L-Unjoni Ewropea: Għajnuna għar-refuġjati Libjani
