Lokali

LIVE L-ISTRINA : F’erba’ sigħat jinġabar l-ewwel miljun (€1,000,000)

Kontinwament Aġġornata

21:00: Tinqabeż is-somma ta’ aktar minn żewġ miljuni

17:20: S’issa inġabret is-somma ta’ €1,270,604

16:40: Aktar minn €1.100,000 miġbura waqt l-Istrina s’issa

15:45:   F’erba’ siegħat inġabru €1,000,000

15:00:   Is-somma s’issa qabżet it-€880,000

14:33:  €700,000 miġbura s’issa waqt l-Istrina

14:20:  Is-somma s’issa qabżet s-€600,000

14:03: Qed jispikka l-programm ta’ divertiment waqt l-Istrina fosthom imitazzjonijiet ta’ diversi gruppi, logħob u kant.

13:45: F’inqas min sagħtejn tal-Istrina inġabru €540,000

13:30: S’issa aktar minn €314,000 inġabru waqt l-Istrina

13:10: Is-somma s’issa €210,000

13:05: Fl-ewwel siegħa tal-Istrina nġabru aktar minn €100,000

12:44: Fl-ewwel tlett kwarti tal-Istrina nġabru aktar minn €45,000.

L-Istrina

12:30: Dan hu poplu ġeneruż u llum għandu jkompli juri kemm hu ġeneruż

Dan qalu l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil meta l-Ġimgħa f’nofsinhar kien qed jipparetċipa fil-ftuħ tal-Istrina. Hu kien akkumpanjat mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u mill-Prim Ministru Joseph Muscat.

Simon Busuttil qal li l-poplu Malti għandu jagħmel id-donazzjonijiet tiegħu bħala investiment, għaliex ma jista’ qatt jgħid x’ħa jkollu bżonn mingħand il-Malta Community Chest Fund fil-futur.

Min-naħa tagħha, il-President ta’ Malta qalet li l-Istrina hija l-ġurnata tal-Maltin kollha u sostniet l-appell tagħha biex il-pubbliku jikkontribwixxi filwaqt li tenniet kemm tħossha kburija bil-poplu Malti li dejjem irrisponda meta kien imsejjaħ.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Istrina m’hijiex attivita’ li tħares lejn il-kulur politiku, iżda attivita’ li tgħaqqad il-poplu Malti f’festa ta’ solidarjeta’.

Intant, waqt il-ftuħ tal-Istrina tkellmu eks-Presidenti ta’ Malta fosthom Eddie Fenech Adami, Ugo Mifsud Bonnici kif ukoll George Abela.

Agħfas hawn biex issegwi l-Istrina ‘LIVE’ fuq NET Television.

Ritratt: IRIS