Id-diskorsi tal-Milied tradizzjonali tar-Reġina Eliżabetta tal-Ingilterra rari jqajjmu l-kontroversji, madankollu, l-aħħar referenza tar-Reġina għas-sensiela televiżiva ‘Game of Thrones’ qanqlet reazzjoni qawwija ferm fost il-poplu u li qed tidher b’mod partikolari permezz ta’ Twitter.
Id-diskors tar-Reġina, din is-sena, ibbaża fuq ir-rikonżiljazzjoni u, fil-preżent, il-followers ta’ Twitter qed jinteressaw ruħhom fir-referenza (minn Eliżabetta) għaż-żjara li hi kienet għamlet f’Belfast, f’Ġunju, fejn żaret is-sett fejn qed jinġibed ‘Game of Thrones’– is-sensiela popolari ta’ HBO.
F’dan id-diskors, ir-Reġina sostniet, fost oħrajn, li ‘dehru biċ-ċar il-benefiċċji tar-rikonċiljazzjoni meta żaret Belfast’. Hi kompliet li filwaqt li t-tour tas-sett ta”Game of Thrones’ seta’ interessa l-aktar lin-nies, hi tiftakar fuq kollox iż-żjara li kienet għamlet fil-Gaol ta’ Crumlin Road, fil-belt Irlandiża. Dan il-kumpless ta’ ħabs jissimbolizza s-snin ta’ konflitt bejn Londra u l-Armata Repubblikana Irlandiża (IRA) — l-organizzazzjoni ta’ rivoluzzjonarji militari Irlandiżi li ġġieldu kontra l-amministrazzjoni Britannika fl-Irlanda ta’ Fuq.
Il-Crumlin Road Gaol, li ingħalaq fl-1996, kien iżomm il-priġunieri tal-IRA waqt wieħed mill-agħar perijodi tal-konflitt magħruf bħala ‘The Troubles’; bil-kumpless, issa, jservi bħala mużew.
Proprju dakinar taż-żjara, ir-Reġina Eliżabetta anki daret is-sett tas-sensiela ‘Game of Thrones’ fejn rat il-famuż ‘Iron Throne’ qabel iltaqgħet mal-atturi Lena Headey, li tilgħab il-parti tar-Reġina Cersei u Kit Harington, li sar famuż bħala l-karattru Jon Snow.
//= $special ?>

