Madwar 1,300 immigrant minn ħin għall-ieħor mistennija jaslu f’Sqallija.
Dan wara li kienu salvati mill-Qawwa tal-Baħar Taljana fil-Mediterran. Il-Pulizija Taljana qed tinvestiga wkoll il-mewt ta’ mara li kien hemm fost dawk salvati u kien hemm ukoll mara Niġerjana li f’Jum il-Milied weldet abbord il-bastiment militari Taljan, Etna.
F’Pozzallo mistennija l-wasla ta’ madwar 400 immigrant filwaqt li f’Messina mistennija l-wasla ta’ 900 persuna.
Salvati aktar minn 1,000 immigrant


