F’inqas minn għaxar minuti wara li Maltarightnow ippubblika ritratti ta’ żewġ persuni li serqu arloġġ minn ħanut tal-ġojjellerija f’Birkirkara, numru ta’ persuni kuntattjawna u għaddewlna l-identita’ tal-persuni nvoluti.
L-identita’ tal-persuni ġiet mgħoddija kemm lis-sidien tal-ħanut kif ukoll lill-Pulizija. Filfatt kien biss ftit tal-ħin wara li n-nisa marru fl-eqreb għassa tal-Pulizija u raddew lura l-arloġġ li kienu serqu.
Intant G.B Jewellery xtaqu jirringrazzjaw lill-pubbliku tal-informazzjoni u lill-Pulizija tal-azzjoni mmedjata b’rabta ma’ dan il-każ.
Iktar kmieni: Is-sidien tal-ħanut tal-ġojjellerija G.B. Jewellery f’Birkirkara qed jappellaw għall-għajnuna tal-pubbliku biex tkun identifikata mara li serqet arloġġ tal-idejn mill-ħanut.
Jirriżulta li l-mara, u mara oħra li kienet qed takkumpanjahha, bdew jaraw xi arloġġi tal-idejn. Waqt li tħallew għal ftit sekondi waħdihom, huma osservaw li ħadd mill-ħaddiema tal-ħanut ma kienu qed jarawhom, u waħda minn nisa qabdet arloġġ u poġġietu fil-komma.
Iż-żewġ nisa ħallew il-ħanut bl-arloġġ misruq u kien biss ftit tal-ħin wara li s-sidien irrealizzaw b’dak li kien ġara. Għalhekk huma ppublikaw ritratti tas-CCTV li juru s-sekwenza ta’ kif seħħet din is-serqa u qed jappellaw lill-pubbliku għall-informazzjoni.
Dwar dan il-każ sar rapport lill-Pulizija li qed jinvestigaw.
//= $special ?>