Kien hemm ftit kommozzjoni fil-Milied madwar il-presepju tal-Vatikan hekk kif il-Papa ta l-messaġġ tiegħu għal din il-festa. Dan wara attivista tal-grupp FEMEN,b’sidirha mikxuf, irnexxielha titla’ fuq il-presepju u tieħu l-bambin fost għajjat kontra l-Knisja Kattolika. Hi fil-pront kienet arrestata mis-sigurta madwar il-presepju. Il-FEMEN hu grupp ta’ nisa b’eruq fl-Ukrajna li jipprotesta favur id-drittijiet tan-nisa madwar id-dinja u dejjem permezz ta’ nisa b’sidirhom mikxuf.
Aktar f’IN-NAZZJON ta’ għada
//= $special ?>