It-tobba wissew li l-loom bands jistgħu jikkostitwixxu periklu għat-tfal u ħeġġew biex il-ġenituri joqgħodu attenti biex jevitaw traġedja potenzjali.
Dan wara li, fir-Renju Unit, feġġew diversi każi fejn it-tfal żgħar spiċċaw bil-loom bands f’imneħirhom — bl-esperti jwissu dwar ‘is-sogru reali li t-tfal jifgaw f’dawn iċ-ċirkostanzi’, anki jekk il-loom bands, f’diversi drabi, jistgħu jinħarġu bl-interventi tat-tobba.
Wieħed jista’ jifforma speċi ta’ brazzuletta mill-bands inkwistjoni li huma żgħar u kkuluriti u li saru wieħed mill-aktar ġugarelli popolari tas-sena.
Iżda l-elementi ta’ periklu ma jonqsux, bit-tobba għall-emerġenzi fl-isptar ta’ Monklands (fl-Iskozja) jirrappurtaw ‘erba’ każi b’dawn il-bands’ fi żmien ġimgħa’. It-tobba, intant, ħeġġew biex il-ġenituri joqgħodu b’seba’ għajnejn għal uliedhom ċkejknin meta jkunu qed jilgħabu bil-‘loom bands’ għaliex tifel jew tifla jistgħu jmutu fgati fiċ-ċirkostanzi fejn jiġbdu ‘l ġewwa xi band jew clip minn imnifsejhom.
//= $special ?>