Transport Malta se tkun qed tneħħi l-bollards li għamlet ma’ żewġ roundabouts fin-Naxxar u li effettivament wasslu biex ingħalqu dawn iż-żewġ roundabouts.
Il-‘bollards’ kienu twaħħlu mar-roundabout li minn ħdejn il-kumpless ‘GS’ tieħdok direzzjoni lejn San Ġwann u r-roundabout ftit aktar ‘il fuq minnha li tkompli tieħdok lejn San Ġwann jew lejn il-Għargħur.
L-aħbar li l-‘bollards’ se jitneħħew ġiet rappurtata fuq is-sit timesofmalta.com li qalet ukoll li skont Transport Malta, il-‘bollards’ twaħħlu bħala prova filwaqt li l-awtoritajiet komplew jissorveljaw is-sitwazzjoni.
L-arranġamenti urtaw ħafna lis-sewwieqa li kellhom jibqgħu sejrin direzzjonijiet twal qabel ikunu jistgħu iduru, għaliex f’daqqa waħda, żewġ roundabouts ingħalqu b’mod li ma setgħux iduru magħhom il-karozzi (ritratt).
Agħfas hawn għar-rapport li kien ġie ppubblikat fuq MaltaRightNow.com meta kienu ngħalqu dawn ir-roundabouts.
//= $special ?>