Lokali

Aġġornata: Theddida ta’ bomba fuq vapur tal-Gozo Channel – Jasal l-ewwel vapur minn Għawdex

9:45pm: Għall-ħabta tal-22:15 wasal l-ewwelvapur minn Għawdex. Dan wara li fl-21:40 tlestiet tfittxija intensiva fuq il-vapur fil-mira tat-theddida ta’ bomba.

9:45pm: Fi stqarrija, l-Ministeru għal Għawdex jikkundanna t-theddida ta’ bomba fuq il-vapuri tal-Gozo Channnel. Fl-Istqarrija, il-Ministeru qal li dan it-theddid jagħmel ħafna ħsara lill-ekonomija.

Il-Ministeru ħeġġeġ biex l-investigazzjonijiet jittieħdu bis-serjetà u li għandha ssir ġustizzja fuq min jinqabad.

9:40pm: Il-vjaġġi jerġgħu jibdew wara li saru t-tfitxijiet neċessarji fuq il-vapur u ma nstab xejn suspettuż

WP_20141227_004

9:30pm: Il-Pulizija elevat il-filmati tas-sigurta’ mill-ħanut li hemm quddiem it- “telephone box” f’San Ġwann, minn fejn saret it-telefonata anonima.

photo 5

9:15pm: Persuni li jinsabu fit-terminals taċ-Ċirkewwa u l-Mġarr li għadhom kif ċemplu fil-kamra tal-aħbarijiet ta’ media.link qalulna li huma għadhom “stranded”, bi ħwejjiġhom kollha fuq il-vapur u mingħajr ħadt mhu qed jgħidilhom xejn dwar is-sitwazzjoni u x’ħin se jerġgħu jibdew il-vjaġġi. Wħud min-nies li ċemplu qalulna li għadhom ma kielu xejn u minħabba li ħallew kollox fuq il-vapur, m’għandhom assulutament xejn, lanqas għal tazza kafe’ jew flixkun ilma

Aġġornata bir-ritratti

8:30pm: Waslu għand MaltaRightNow numru ta’ ritratti tat-‘telephone box’ f’San Ġwann minn fejn oriġinat it-theddida ta’ bomba. Fost l-oħrajn ir-ritratti, li jinsabu hawn, juru t-trab użat minn uffiċjali tal-Forensika biex jaqraw il-‘fingerprint’ ta’ min għamel it-telefonata.

photo-2

Iktar kmieni…

8:10pm: MaltaRightNow.com tinsab infurmata li l-vapur Ta’ Pinu fil-ħin li ġej se jitlaq mill-port taċ-Ċirkewwa għal Għawdex. Il-vapur nofsu mgħobbi u mhux eskluż li jitlaq lejn Għawdex mingħajr is-sidien tal-vetturi mgħobbija fih.

Peress li t-theddida saret dwar bomba fuq vapur tal-Gozo Channel, kellu jieqaf is-servizz kollu tal-Gozo Channel u ġew evakwati l-passiġġieri kollha fuq il-vapuri li kien hemm kemm fiċ-Ċirkewwa kif ukoll l-Imġarr.

2

Ritratt – Paul Mercieca

7.55pm: Jidher li kien għall-ħabta tas-6.15 ta’ filgħaxija li l-passiġġieri ġew mgħarrfa permezz tal-‘PA System’ biex jinżlu minn fuq il-vapur. Ir-raġuni ma ntqalitx biex ma tallarmax lil dawk li kienu fuq il-vapur. Il-karozzi tħallew fuq il-vapur.

It-theddida saret minn telephone box f’San Ġwann. Dan filwaqt li l-Forensika talbu l-filmati minn kameras tas-sigurta’ fl-inħawi tal-post.

7:45pm: Fl-aħħar ħin dan is-sit ġie mgħarraf li kien hemm theddida ta’ bomba fuq vapur tal-Gozo Channel, tant li n-nies kellhom jitniżżlu minn fuq il-vapur.

Aktar dettalji hekk kif jidħlu.

1

 

Ritratt: Paul Mercieca