Lokali

Dettalji dwar il-każ tal-allegat theddid u swat minn Surġent tal-Pulizija għada fil-gazzetta il-Mument

Għada f’il-mument aktar dettalji dwar dak li seħħ f’Paceville l-għada tal-Milied fi klabb tan-nisa għall-adulti fejn kien hemm Pulizija bl-uniformi jixrob mal-bar u wara sawwat u hedded persuna li ħaditlu ritratt.

Fil-mument ta’ għada, dettalji dwar l-investigazzjonijiet żvelati mill-gazzetta fl-aħħar tliet xhur li waslu għal tkeċċija ta’ uffiċjali b’karigi għolja u oħrajn li spiċċaw imressqa akkużati quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja.

Il-gazzetta għandha tinkludi wkoll analiżi minn opinjonisti dwar dak li għadda minnu l-Gvern Laburista u l-Oppożizzjoni Nazzjonalista fl-2014 u l-isfidi għas-sena l-gdida.