Omm issib il-kuraġġ li tiftaħ qalbha dwar is-sitwazzjoni li għaddiet minnha
Lejliet il-Milied Malcolm għalaq 19-il sena. Malcolm ibati minn kundizzjoni rari, imsejħa PKU, fil-qosor għal ‘Phenylketonuria’. Minħabba din il-kundizzjoni, Malcolm ma jistax jiekol ikel li fih livelli għolja tas-sustanza ‘Phenylalanine’. Dan ifisser li Malcolm ma jistax jiekol ikel bħal laħam, ħut, ħalib u bajd.
F’Malta hawn biss tlett każi bħal Malcolm
Il-każi ta’ persuni li jbatu mill-PKU f’Malta tgħoddom fuq subgħajk. Malcolm hu wieħed minnhom hekk kif b’kollox f’Malta hawn biss tlett każi bħal Malcolm.
Madanakollu, fl-aħħar ġimgħat, Malcolm kellu jibqa’ mingħajr mediċina essenzjali għalih għax kienet out-of-stock.
“Morna l-baħar… fuq ix-xogħol il-ħin kollu nibki” – omm it-tifel
Imweġġa’ u rrabjata fl-istess ħin, omm it-tifel, Josette, sabet il-kuraġġ li titkellem ma’ dan is-sit dwar it-tbatija li għaddiet minnha.
Ara l-filmat t’hawn fuq.
//= $special ?>