Ħarsa lejn il-ġurnali ppubblikati llum, 27 ta’ Diċembru 2014.
Ritratti mill-avveniment ‘L-Istrina’ jiddominaw il-faċċati tal-ġurnali kollha hekk kif ilbieraħ inġabret is-somma rekord ta’ €3.6 miljuni.
IN-NAZZJON b’ritratt juri tifla żżomm sinjal ‘Grazzi’ wara s-somma rekord fl-Istrina. Storja wkoll b’kummenti ta’ soru Maltija li ilha fil-missjoni għal dawn l-aħħar tletin sena u li qalet li fejn isservi hi, hemm koperazzjoni bejn il-Kristjani u l-Musulmani f’Betlem fil-Milied.
L-ORIZZONT ukoll b’ritratt mill-Istrina. Storja wkoll dwar negozjati dwar bjar taż-żejt ġodda.
THE MALTA INDEPENDENT b’storja dwar il-każ tal-‘Leisure Clothing’. Dan il-ġurnal jgħid li ngħata aċċess biex jistaqsi lil ħaddiema dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol. Fil-faċċata, ritratt ukoll mill-Istrina.
TIMES OF MALTA b’ritratt mis-serata tal-Istrina u artiklu intitolat ‘A night to remember’. Storja wkoll dwar kif konsulent għal liġi dwar l-għasafar kien instab ħati bi ksur tal-istess liġi li tqabbad jagħti pariri dwar ir-reviżjoni tagħha.
//= $special ?>