Lokali

Il-Kap tal-PN Simon Busuttil se jilqa’ l-awgurju tal-pubbliku f’Lejliet l-Ewwel tas-Sena

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil se jkun qed jilqa’ lill-pubbliku fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista f’Tal-Pietà lejliet l-Ewwel tas-Sena għall-iskambju ta’ awguri għas-sena l-ġdida.

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista se jkun qed jiltaqa’ mal-pubbliku nhar l-Erbgħa 31 ta’ Diċembru 2014 mit-3.30 ta’ waranofsinhar sas-6 ta’ filgħaxija.

Il-pubbliku hu mistieden jattendi u jingħaqad fl-iskambju ta’ awguri lejliet li tibda s-sena 2015.