L-attakkant Brażiljan Jorge Santos Silva ngħaqad ma’ Naxxar Lions inqas minn ġimgħa wara li nħall mill-kuntratt tiegħu ma’ Tarxien Rainbows.
Jorge Santos Silva, li llum għandu 27 sena, kien ingħaqad ma’ Tarxien Rainbows f’Awwissu tal-2013, sena wara li ħalla pajjiżna biex jilgħab ma’ América-RN.
Il-Brażiljan kien wasal f’pajjiżna għall-ewwel darba fis-Sajf tal-2010 meta ffirma ma’ Vittoriosa Stars. Staġun wara kien ingħaqad ma’ Sliema Wanderers qabel imbagħad kompla l-istess staġun ma’ Birkirkara. Ma’ dawn tal-aħħar hu kien ukoll parti mill-iskwadra li kkompetiet fil-UEFA Europa League.
Iktar trasferimenti lokali fuq il-paġna Replay (Net Television).
//= $special ?>

