Numru ta’ klabbs, fosthom Floriana, Naxxar Lions u Qormi qed juru interess fl-akkwist tal-attakkant Ian Zammit.
Dan il-plejer ingħata r-release minn Valletta fil-jiem li għaddew u jista’ jinnegozja kuntratt ġdid ma’ min irid.
Zammit, li hu prodott tal-akkademja ta’ Valletta stess, kien iddebutta fil-Kampjonat Premier fl-eta’ ta’ 17-il sena kontra Ħamrun Spartans fl-istaġun 2003/04.
Matul il-karriera tiegħu Zammit, li llum għandu 28 sena, intbagħat b’self m’ numru ta’ klabbs fosthom Mosta (ritratt), Sliema Wanderers u Ħamrun Spartans.
Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

