Lokali

L-allegat każ ta’ vjolenza minn Surġent: Jitkellem l-istess Surġent ma’ maltarightnow.com

Wara li llum ħarġet l-aħbar tal-allegat inċident li seħħ ġewwa stabbiliment f’Paceville  fejn kien involut ġuvni u Surġent tal-Pulizija, għada filgħodu fuq maltarightnow.com se nippubblikaw intervista mas-Surġent involut fil-każ.

Aktar kmieni llum fi storja pubblikata fuq maltarightnow.com, Karl Baldacchino allega li lejlet il-Milied, waqt li kien qiegħed fl-istabbiliment Stiletto f’Paceville, kien aggredit fiżikament mis-Surġent tal-Pulizija wara li hu ħa ritratt tas-Surġent jixrob waqt li kien liebes l-uniformi tax-xogħol.