Internazzjonali Unjoni Ewropea

Miet l-eks PM Belġjan Tindemans

Fil-Belġju tħabbret il-mewt f’eta ta’ 92 sena ta’ Leo Tindemans, Demokrstjan, li kien ukoll mexxa l-PPE fil-Parlament Ewropew u li kien stinka ħafna biex tikber u tissaħħaħ l-Unjoni Ewropea.
Tindemans kien magħruf bħala “Mr Ewropa” peress li fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fl-1979, hu kien rebaħ kważi miljun vot – rekord għall-kwalunkwe elezzjoni fil-Belġju u li s’issa qatt ma nkiser.
Tindemans hu t-tielet Prim Ministru Belġjan li miet fi żmien relattivament qasir wara Wilfried Martens, li miet f’Ottubru tal-2013, u Jean-Luc Dehaene li miet f’Mejju tal-2014.