Inizjattiva mill-isbaħ mill-istudenti tat-tieni sena tal-B.Ed PE li organizzaw attivitajiet fil-Young Offenders Unit Rehabilitation Centre, YOURS, fl-Imtaħleb.
Din l-attivita’ kienet maqsuma f’żewġ partijiet. L-ewwel parti kienet iffukata fuq l-aspett fiżiku filwaqt li t-tieni parti kienet sessjoni ta’prattika tal-ewwel għajnuna
Karl Attard, wieħed mill-istudenti tat-tieni sena tal-B.Ed PE li tkellem ma dan is-sit saħaq li r-residenti wrew interess biex jitgħallmu u kienu attivi.
Fi tmiem din il-ġurnata huma taw donazzjoni ta’ 15-il ballun differenti (footballs, handballs, volleyballs, rugby balls), flokkijiet ġodda, mat-30 par żarbun, ħwejjeġ u sports wear lir-residenti.
L-istess studenti se jkunu qed jarmaw il-faċilita’ b’basketball ring ġdida u bench press.
//= $special ?>