Numru kbir ta’ persuni ma tħallewx jidħlu fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann għall-quddiesa ta’ nofsillejl.
Fi storja ppubblikata fil-ġurnal The Malta Independent intqal li min ried jattendi għall-quddies ‘Presidenzjali’ ta’ nofsillejl ried iħallas €12-il ewro li kien jinkludi wkoll ‘early breakfast’ fil-Palazz tal-President il-Belt Valletta bil-qliegħ kollu jmur għall-Malta Community Chest Fund.
Madanakollu, The Independent tgħid li dan qanqal tgergir peress li kien hemm persuni li xtaqu jmorru biss għall-quddies u ma kienux interessati fl-ikel ta’ wara.
The Independent tirraporta li saħansitra kien hemm persuna li staqsiet “din id-dar t’Alla jew id-dar tal-flus?”. Oħrajn qalu fid-dar t’Alla għandu jidħol kulħadd u mhux dawk biss li jaffordjaw li jagħmlu dan.
//= $special ?>