Futbol Sport

Possibilta ta’ qbil għat-trasferiment permanenti ta’ Agius ma’ Balzan

Fis-sigħat li ġejjin Balzan u Pieta’ Hotspurs jistgħu jilħqu qbil fuq it-trasferiment permanenti tal-midfielder internazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Terence Agius.

Agius, li f’Jannar jagħlaq 21 sena, ilu jqajjem interess minn Balzan tant li fl-2013, Pieta rrifjutaw żewġ offerti biex jiksbu s-servizzi ta’ dan it-talent promittenti.

Filfatt, fl-2013 kien l-istess President ta’ Pieta’ Hotspurs, Joe Sammut, li ħabbar li l-klabb ma kellu l-ebda intenzjoni jbiegħ lil Agius.

Jekk din id-darba t-trasferiment iseħħ, Balzan ikunu akkwistaw it-tieni plejer fi ftit jiem, wara li kkonkludew u ppreżentaw ukoll lill-attakkant Montenegrin Bojan Kaljevic mingħand Mosta.

Iktar aħbarijiet dwar ix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).