Futbol Sport

Possibilta’ ta’ trasferiment għall-goalkeeper Manuel Bartolo

Teżisti l-possibilita’ li fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar Manuel Bartolo jħalli lil Valletta.

Dan il-goalkeeper qed iqajjem interess ta’ diversi klabbs, ewlenija fosthom Żebbuġ Rangers.

Qabel beda dan l-istaġun, Bartolo kien qrib ħafna li jingħaqad ma’ Msida St. Joseph.

Bartolo kien diġa’ lagħab għal Msida fil-passat u magħhom iddebutta fil-Kampjonat Premier fl-2006. Ma’ dan il-klabb hu qatta’ sitt snin fejn kien ukoll il-captain.

Fil-passat Bartolo, li hu prodott ta’ San Ġwann, lagħab ukoll għal Birkirkara u Floriana qabel ingħaqad ma’ Valletta b’mod permanenti.

Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq il-paġna Replay (Net Television).