Lokali

Project 7000 – proġett suċċess

Għat-tieni sena konsekuttiva l-proġett tal-SDM (Studenti Demokristjani Maltin), Project 7000 kien ta’ suċċess. Dan għalhiex l-għan tiegħu li jiġbor 7000 għall-Istrina ntlaħħaq.

Uħud minn dawn iż-żagħżagħ qalu lil dan il-portal li huma sodisfatti ħafna b’dak li rnexxielhom jiksbu flimkien għall-karita’.

Tajjeb li nsemmu li dawn iż-żagħżagħ għamlu bosta sfidi biex din is-somma tintlaħħaq, waħda partikolari kienet li qabżu jgħumu fil-baħar nhar it-Tlieta 23 ta’ Diċembru, f’Tigne, Tas-Sliema.

Din l-inizjattiva turi kif anke l-istudenti, bil-ħidma tagħhom, jistgħu ġġibu l-ferħ lil dawk li huma fil-bżonn.

 

sdm p7k