L-Istrina 2014 waqqfet rekord ġdid; ċelebrazzjoni ta’ solidarjeta u ġenerożita’ mill-poplu Malti u Għawdxi hekk kif inġabru iktar minn €3,656,000, somma ikbar mit-€3,412,000 miġbura s-sena li għaddiet. Fl-2012, jiġifieri sena qabel, kienet inġabret is-somma ta’ €3,294,997.
Viżibilment emozzjonata, il-President ta’ Malta ddeskriviet lill-poplu Malti u Għawdxi bħala ‘Simply the Best’, għaliex fissret din is-somma rekord bħala xhieda ta’ kif dan il-poplu jieqaf ma’ min hu bagħtut u fil-bżonn.
Din il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi, li xxandret fuq l-istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni, saret b’risq il-Malta Community Chest Fund.
//= $special ?>