Futbol Sport

Talba uffiċjali għal Jurgen Pisani ta’ Pieta’ Hotspurs

Fl-aħħar jiem Naxxar Lions għamlu talba uffiċjali lil Pieta’ Hotspurs għad-difensur żagħżugħ ta’ 22 sena Jurgen Pisani.

Klabbs oħra, fosthom Sliema Wanderers, ukoll esprimew l-interess tagħhom għal dan il-plejer.

Pisani hu prodott tal-akkademja tal-istess Pieta’ u kien ukoll parti mill-iskwadra ta’ taħt il-21 sena ta’ Malta.

Ritratt grazzi għal Donald Caruana Photography. Iktar aħbarijiet dwar il-futbol lokali fuq Replay (Net Television).