Aġġornata bir-ritratti
Hekk kif għall-ħabta tas-6.15pm ta’ filgħaxija kellhom jiġu evakwati l-passiġġieri minn fuq vapur tal-Gozo Channel, MaltaRightNow tinsab infurmata li t-telefonata saret minn San Ġwann.
Il-forensika intant qed titlob għal filmati minn kameras tas-sigurta’ li jinsabu qrib it-‘telephone box’ f’San Ġwann minn fejn seħħet it-telefonata.
MaltaRightNow ġie infurmat li kien għall-ħabta tas-6.15pm li l-passiġġieri fuq wieħed mill-vapur tal-Gozo Channel kellu jiġi evakwat, madanakollu, l-passiġġieri ma ntqalilhomx għalfejn kienu qed jiġu evakwati, biex ma jinħoloqx aktar paniku. Il-karozzi tħallew fuq il-vapur.
Mal-wasla tagħhom, uffiċjali tal-Forensika mill-ewwel bdew l-investigazzjonijiet tagħhom biex tinqabad il-persuna li għamlet it-theddida. Ir-ritratti t’hawn taħt juru t-‘telephone box’ f’San Ġwann minn fejn saret it-theddida. Jidher ukoll it-trab intużat mill-uffiċjali tal-Forensika sabiex wara jkun jista’ jittieħed il-‘fingerprint’ minn fuq it-telefon.
Ara l-aħħar aġġornament ta’ x’qed jiġri mill-Port taċ-Ċirkewwa u tal-Imġarr billi tagħfas hawn.
//= $special ?>