L-imħabba u l-interess lejn il-familja nebbħu lill-Papa Franġisku jsejjaħ żewġ Sinodi dwar il-familja bl-ewwel wieħed sar f’Ottubru li għadda.
Bi tħejjija għas-Sinodu dwar il-Familja, l-Arċidjocesi ta’ Malta ħarġet komunikat li fiha qed tipproponi numru ta’ inizjattivi għas-Sinodu li se jsir f’Ottubru li ġej, u li ser ikollu bhala suġġett ‘Is-sejħa u l-missjoni tal-familja fil-Knisja u fid-dinja tal-lum’.
Fost oħrajn jissemmew ‘live-in’ li se jsir f’Jannar li ġej u li għalih se jattendu l-Kappillani ta’ Malta u Għawdex, talba lill-Fakulta’ tat-Teoloġija biex jitwaqqfu żewġ ‘working groups’ bl-iskop li jinkitbu riflessjonijet b’rabta mad-domandi fil-Lineamenta, li huwa dokument miktub bi thejjija ghal-laqgha tas-Sinodu tal-Isqfijiet.
L-istqarrija mahruga mill-Isqof ta’ Ghawdex Mario Grech u l-Amministratur Appostoliku ta’ Malta Charles J Scicluna, issemmi wkoll kuntatt issemmi wkoll kuntatt ma ghaqdiet, movimenti u gruppi fi hdan il-Knisja biex huma wkoll jiehdu sehem f’ dan il-process ta’ konsultazzjoni billi jghatu r-riflessjonijiet taghhom fuq il-Lineamenta, filwaqt li appellaw ukoll biex fil-familji u fil-komunitajiet ekklezjali tinghat it-talba li l-Papa Frangisku kiteb ghall-okkazzjoni.
//= $special ?>