Internazzjonali

Tobba Ċiniżi kkastigati talli ħadu ritratti waqt li kienu qed joperaw

Uffiċjali għolja u tim mediku minn sptar Ċiniż fi provinċja fil-Majjistral ta’ Shaanxi, ġew ikkastigati talli ġibdu ritratti ma’ pazjenti li x’aktarx kienu għadhom barra minn sensihom wara intervent kirurġiku.

Serje ta’ ritratti, li dan l-aħħar daret fuq sit Ċiniż fuq l-internet, turi lil kirurgi u infermieri Ċiniżi fl-ilbies mediku tagħhom, jippożaw ma’ pażjenti li kienu għadhom taħt l-effett tal-loppju fuq il-mejda tal-operazzjonijiet.

Raġel jidher qed jagħmel is-sinjal tal-vittorja f’wieħed mir-ritratti, filwaqt li tobba oħrajn jidhru qishom qed jistrieħu fuq pazjent waqt li qed jiġi operat.

L-Uffiċċju tas-Saħħa Pubblika ħa azzjoni dwar ir-ritratti li nġibdu f’Awwissu ta’ din is-sena, fejn tneħħew tliet executives mid-dmirijiet amministrattivi tagħhom fl-Isptar Fengcheng.