Internazzjonali

L-ajruplan li għeb: Mhux veru li nstabu fdalijiet tal-ajruplan

Il-Ministru tat-Trasport tal-Malasja f’Konferenza tal-Aħbarijiet qal li minkejja spekulazzjonijiet li nstabu xi fdalijiet tal-ajruplan li għeb, dan m’huwiex minnu u l-awtoritajiet għadhom għaddejjin bit-tfittxijiet għall-ajruplan.

Il-Ministru tat-Trasport qal dan wara spekulazzjonijiet minn xi sezzjonijiet tal-midja lokali li setgħu nstabu xi fdalijiet tal-ajruplan.

F’dan il-ħin it-tfittxija kellha tieqaf peress li f’dawk l-inħawi beda jidlam.

L-ajruplan għeb kmieni l-Ħadd filgħodu (ħin ta’ Malta) meta l-ajruplan bit-titjira QZ8501 kien qed itir mill-Indonesja lejn Singapore, iżda għal xi raġuni tilef il-kuntatti li kellu bil-konsegwenza li bħalissa jinsab mitluf.

Hu maħsub li l-ajruplan seta’ ntilef fil-maltemp li laqat l-inħaw, tant li ftit qabel ma tilef il-kuntatti, l-ajruplan talab li jtir aktar ‘il fuq mill-għoli biex jevita l-maltemp.

Ir-ritratt t’hawn taħt juri l-inħawi kollha fejn hu maħsub li l-ajruplan seta’ għeb mmarkati bl-aħar, filwaqt li l-linji juri r-rotta oriġinali tat-titjira.

 

air asia

(Ritratt: BBC)