Lokali

Argument jaħraq bejn grupp ta’ immigranti f’Birżebbuġa

Minn tagħrif li għandna jirriżulta li ftit tal-ħin ilu seħħet ġlieda bejn grupp ta’ immigranti f’Birżebbuġa.

Jirriżulta li minn ħanut fil-lokalita’ nsteraq mobile u kien hawn li nqala’ argument jaħraq bejn dawk li kienu fil-ħanut. Dan l-argument kompla jeskala tant li kellhom jissejħu l-Pulizija biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Filfatt f’temp ta’ ftit ħin fuq il-post waslu ammont konsiderevoli ta’ uffiċjali tal-Pulizija.

Aktar informazzjoni kif taslilna …