Lokali

Christmas Log ta’ 30 metru b’risq id-Dar tal-Providenza

Iktar minn 50 kg gallettini. Mal-10 kg ċikkulata.

Dawn huma biss ftit mill-ingredjenti ta’ Christmas Log ta’ 30 metru f’attivita mtellgħa minn Xara Lodge. Il-log inbiegħ waqt il-jum tal-Ħadd matul attivita għat-tfal organizzata fl-istess Xara Lodge. Il-qliegħ kollu mill-bejgħ tal-Christmas Log se jmur b’risq id-Dar tal-Providenza.

Wieħed mill-ħaddiema ta’ Xara Lodge ta wkoll kit ta’ Manchester United għall-irkant bil-qligħ kollu jmur għal Puttinu Cares.

Matul il-festi tal-Milied dawk kollha li kielu platt għaġin partikolari minn wieħed mir-ristoranti f’dan l-istabbiliment ukoll kienu qed jgħinu lill-Istrina.

Is-somma li tinġabar mill-bejgħ tal-Christmas Log se tmur għad-Dar tal-Providenza – ftit jiem ‘il bogħd mill-ewwel tas-sena meta ssir il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi għal din id-dar li tilqa fiha persuni b’diżabilita.