Futbol Sport

Gary Roberts qrib ir-ritorn f’Malta – diskussjonijiet avvanzati ma’ Mosta F.C.

L-eks playmaker ta’ Floriana Gary Roberts jista’ jerġa’ jilgħab f’pajjiżna hekk kif għaddejjin diskussjonijiet avvanzati bejnu u Mosta.

Roberts kien ingħaqad ma’ Floriana b’self f’Jannar tal-2013 u iktar tard dan it-trasferiment sar wieħed permanenti. Madankollu f’Novembru tal-2013 kien intlaħaq ftehim biex ikun itterminat il-kuntratt minħabba “raġunijiet personali.”

Matul il-karriera tiegħu Roberts lagħab ukoll għal Crewe Alexandra, Yeovil Town, Rothertham United, Port Vale, Mansfield Town u riċentament anke’ Gap Connah’s Quay (ritratt).

Roberts lagħab ukoll għat-tim nazzjonali Ingliż mal-iskwadri ta’ taħt is-16, 17, 18 u 19-il sena.

Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).