Internazzjonali

Ġelaterija famuża tagħlaq temporanjament minħabba nuqqas ta’ ħalib

Ħanut li jbigħ il-ġelati, u li hu popolari ħafna mat-turisti minħabba l-firxa rekord ta’ togħmiet, kellu jingħalaq temporanjament minħabba nuqqas ta’ ħalib.

Il-ġelaterija Coromoto, fil-belt ta’ Merida fil-muntanji Andes tal-Venezwela, hi l-aħħar belt li waqgħet vittma tal-problemi ekonomiċi fil-pajjiż.

Il-ġelaterija hi elenkata fil-Guinness Book of Recrods talli għandha 863 togħma differenti ta’ ġelat.

Il-Venezwela ilha, matul dawn l-aħħar snin, milquta minn nuqqasijiet akuti ta’ affarijiet bażiċi, bħalma huma l-ħalib u t-toilet paper.

Il-qagħda ekonomika ħażina fil-pajjiż, ir-rati għoljin tal-inflazzjoni u kontrolli stretti fuq il-kambju, huma lkoll fatturi kontributorji li wasslu għall-kriżi ekonomika li ħakmet lil dan il-pajjiż fl-Amerika Latina.

Ara aktar f’In-Nazzjon ta’ għada