Lokali Parlament

Għoti tal-awguri tal-Ewwel tas-Sena mill-Uffiċċju tal-Ispeaker

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia, flimkien mad-Deputat Speaker Ċensu Galea u l-whips tal-Gruppi Parlamentari, ser ikunu qed jilqgħu lill-pubbliku fil-Kamra tal-Kumitati, il-Palazz il-Belt Valletta nhar l-Erbgħa li ġej, 31 ta’ Diċembru 2014, bejn l-4.30 u l-5.30 ta’ wara nofsinhar sabiex jagħtu l-awguri għas-Sena l-Ġdida.

F’din l-okkażjoni l-pubbliku se jkollu l-opportunità li jżur il-Kmamar tal-Kumitati kif ukoll is-Sala tal-Parlament għall-aħħar darba peress li huwa mistenni li iktar tard matul is-sena 2015, il-Kamra tad-Deputati se tibda tiltaqa’ fil-binja l-ġdida fid-Daħla tal-Belt.

Kull min jixtieq jattendi huwa mitlub iċempel fuq 25596276 u jħalli d-dettalji tiegħu.