Internazzjonali

Il-qawwa tal-ajru Libjana tattakka lill-militanti f’Misrata

Il-qawwa tal-ajru Libjana attakkat il-belt ta’ Misrata għall-ewwel darba fl-aħħar taqbida bejn il-gvern u l-militanti.

Sors f’Misrata kkonferma l-attakki mill-ajru u żied li ma kien hemm ebda persuna li weġġgħet jew li ġie rappurtat dannu fuq xi bini.

L-azzjonijiet militari seħħew wara li skada ultimatum ta’ 72 siegħa li ngħata mill-qawwa tal-ajru lill-militanti bażati f’Misrata.

Il-militanti kienu qed jattakkaw il-portijiet taż-żejt ta’ Sidra u Ras Lanuf fil-Lvant tal-Libja.