Lokali

Aġġornata: Mutur jitlef il-kontroll u jaħbat – ftit metri minn żiemel li kiser saqajh

habta
Incident

Mhux magħrufa l-kundizzjoni ta’ raġel li kien qed isuq mutur fi Triq Wied Filep fin-Naxxar u li għal xi raġuni tilef il-kontroll bil-konsegwenza li skiddja u ħabat ma’ vann li kien għaddej.

Il-mutur kien qed jinstaq minn Franċiż ta’ 32 sena residenti n-Naxxar filwaqt li l-vann, tat-tip Toyota, kien qed jinstaq minn raġel ta’ 29 sena min-Naxxar.

Il-kundizzjonijiet tal-irġiel għadhom mhux magħrufa.

L-inċident seħħ fl-istess ħin li ftit ‘il fuq seħħ inċident ieħor li fih żiemel kiser saqajh bil-konsegwenza li waqa’ mal-art. Iż-żiemel weġġa’ fl-inħawi tat-telgħa t’Alla u Ommu. F’dan l-inċident, fl-aħħar ħin iż-żiemel ittella’ fuq trakk biex jitneħħa minn fuq il-post.

Iktar kmieni…

Jidher li fl-aħħar ħin seħħ inċident fl-inħawi tat-telgħa t’Alla u Ommu. Minn informazzjoni li għandu dan is-sit fl-inċident hemm żiemel involut li bħalissa jinsab mal-art.

Aktar dettalji hekk kif jidħlu.