It-temp illum huwa karaterizzat minn riħ qawwi tant li matul il-ġurnata l-uffiċju meterjoloġiku ħareġ bosta twissijiet ta’ riħ qawwi. Riħ mil-Lbiċ li se jdur mill-Punent u ser ikun qawwi għal qawwi ħafna fuq il-gzejjer Maltin b’qawwa ta’ riefnu fuq l-inħawi fejn jaqbel. Simili għar-riħ anke l-baħar huwa wieħed qawwi.
Il-baħar qawwi qiegħed iwassal għal numru ta’ problemi fis-servizz tal-Gozo Channel hekk kif is-servizz kien kostrett ibiddel ir-rotta normali tiegħu u jieħu rotta itwal. Konsegwenza ta’ hekk is-servizz bħalissa mhuwiex isegwi l-iskeda normali.
//= $special ?>